Ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u r-Renju Unit fl-Affarijiet Interni u d-Difiża, se jissaħħu aktar, irrispettivament mid-deċiżjoni meħuda mill-poplu Brittanniku li jitilqu mis-sħubija tagħhom mal-UE, saħaq il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela mal-Kummissarju Għoli Ingliż, Stuart Gill.
Il-Kummissarju Għoli Gill, li ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta fl-1 ta’ Settembru, għamel żjara ta’ kortesija lill-Ministru Abela nhar il-Ġimgħa, 30 Settembu 2016.
Id-Diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla, li matulha kwistjonijiet bħal l-imigrazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu definittivament se jkun ta’ tħassib. Il-Kummissarju Għoli qal li, bil-Brexit, ir-Renju Unit se jkun ħiereġ mill-UE iżda mhux mill-Ewropa. Pajjiżi Ewropej għandhom bżonn jagħlqu r-ranki, issa aktar stretti, kif iffaċjati minħabba li huma sfidi serji, qal Stuart Gill.
Huwa żied li għalissa r-Renju Unit se jibqa’ Stat Membru sħiħ fl-UE u f’din il-kapaċità jibqa’ sieħeb mill-qrib ta’ Malta fl-Unjoni.