B’referenza għal investigazzjonijiet fuq persuna li taħdem il-Ħabs, il-Ministeru għall-Intern saħaq li malli kien hemm l-għarfien tal-akkadut, matul il-ġimgħa li għaddiet sar rapport immedjat lill-Pulizija u skattat investigazzjoni.
Intqal li l-persuna li taħdem il-Ħabs tinsab fuq forced leave, pendenti l-investigazzjoni.
B’referenza għal stqarrija tal-Oppożizzjoni b’rabta mal-każ, il-Ministeru għall-Intern sostna li dwar ħidmet l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ma jitkellimx il-politiku, imma jitkellmu r-riżultati.
“Illum il-ħabs huwa ħieles mid-droga, saru u għadhom għaddejjin riformi kbar u l-Gvern qed ikompli jinvesti ta’ kuljum f’aktar professjonisti, f’aktar programmi rijabilitattivi u anke fl-infrastruttura”, temm jgħid il-Ministeru għall-Intern.