Fuq il-pjattaforma soċjali Facebook, Silvan Mifsud, membru tal-Kunsill fil-Kamra tal-Kummerċ, saħaq kemm hu util il-ftehim bejn il-Gvern u l-iskejjel indipendenti.
Kien hawnhekk fejn Mifsud irrimarka li li kieku l-Gvern ma għenx lill-iskejjel indipendenti, dawn kienu se jgħollu il-miżati tagħhom b’total ta’ mill-inqas 30% ir-rata li qiegħda bħalissa. B’riżultat ta’ dan, ħafna familji kien ikollhom jaqilgħu lill-uliedhom minn dawn l-iskejjel.
Mifsud żied li, flimkien mal-istudenti, anke l-għalliema, saħansitra madwar 20% jew 30% tal-ammont totali, kien se jkollhom isibu post ġo skola oħra.
Hu tenna jgħid li llum il-ġurnata, l-iskejjel indipendenti jgħallmu mat-tmien t’elef student, u għaldaqstant, din l-idea li l-iskejjel indipendenti huma skejjel tas-sinjuri hija idea ħażina għaliex il-ġenituri tal-istudenti li jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel indipendenti huma nies li jaħdmu u jagħmlu sagrifiċji kbar biex jibgħatu lill-uliedhom f’dawn l-iskejjel.