Mara li isimha ma jistax jissemma’ fuq ordni tal-Qorti weħlet sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin wara li ġiet mixlija li talbet il-flus biex ma tirraportax raġel lill-pulizija wara li dan bagħtilha filmat pornografiku.
Il-prosekuzzjoni spjegat li rċeviet rapport ta’ raġel li kien qed jitkellem mal-akkużata fuq il-mezzi soċjali u li kien bagħtilha filmat ftit pornografiku u li ddispjaċih li bagħtu.
Stqarr kif din qaltlu li kienet ser tirrappurtah lill-pulizija għaliex il-filmat laħqet ratu t-tifla li għadha taħt l-età.
Qal kif ir-raġel beda jtiha l-flus u taha ’l fuq minn €3,000.
Qal kif meta l-vittma ħaseb li l-problema kienet issolviet hija allegatament bagħtitlu biex itiha iżjed flus.
Hija wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Qorti ordnat lil mara wkoll tħallas is-somma ta’ €3,000 lill-vittma.