L-Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet permess biex jiġi sanzjonat żvilupp f’żona barra mill-iżvilupp fil-Qala.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala laqa’ b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar għax qal li din l-applikazzjoni kienet tikkonsisti f’sanzjoni ta’ skavar li kien diġà sar, bini ta’ disgħa u għoxrin garaxx taħt l-art u l-bini ta’ mħażen.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala sostna li dan l-iżviluppatur talab biex jħammel bitħa.
L-applikazzjoni kienet tikkonsisti biex isiru garaxxijiet fil-livell tat-triq, sitt appartamenti u tliet penthouses.
Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg saħaq li żvilupp bħal dan kien ser ikun ta’ dannu għar-residenti tal-inħawi.
Min-naħa tagħha l-Kummissjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dan l-iżvilupp huwa ta’ impatt detrimentali fuq ir-residenti tal-madwar għax ser jiżdied it-traffiku, ħsejjes, dħaħen u ħinijiet ta’ ħidma mhux tas-soltu.