L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat li toħroġ permess għall-estensjoni ta’ bini qrib it-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex.
L-applikazzjoni kienet għall-estensjoni ta’ faċilità sportiva u rikreattiva, biex isiru latrini pubbliċi, nursery, kjosk u maħżen, flimkien ma zona fuq barra bl-imwejjed u siġġijiet. Iz-zona hija waħda barra l-konfini tal-iżivilupp.
Barra minn hekk, il-board irrifjuta żewġ applikazzjonijet separati oħra għall-bini ta’ kjosk ta’ 20 metru kwadru barra il-ġonna ta’ Spinola f’San Ġiljan.