L-Awtorità tal-Ippjanar rrifjutat applikazzjoni biex isir żvilupp ta’ souvenir shop fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, Għawdex. Liema applikazzjoni kienet qed titlob li jsir ukoll pavimentar tal-injam madwaru u kien se jinbena flok kamra agrikola eżistenti.
Il-Viċi Sindklu tal-Qala u Segretarju tal-Front Ħarsien Ħondoq, Paul Buttigieg, stqarr ma’ one.com.mt li jinsabu kuntenti ħafna b’din l-aħbar għaliex fi kliemu llum parti mill-bajja ta’ Ħondoq Rummien ġiet salvata.
Huma spjega li l-biża ewlenija kienet li ladarba tiġi approvata din l-applikazzjoni, jiġu aċċettati applikazzjonijiet oħra li jwasslu biex din iż-żona tiġi kummerċjalizzata. Buttigieg saħaq li kull sfreġju f’din iż-żona mhux aċċettabbli.
L-Awtorità għar-riżorsi Ambjentali kienet ipproponiet li l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, hekk kif tipproponi żvilupp f’żona ambjentali sensittiva. L-ERA kienet spjegat ukoll li din l-appikazzjoni toħloq preċedent għal żviluppi kummerċjali oħrajn.