Waqt intevent fuq One News Breakfast, il-Ministru Chris Cardona qal li se jittieħdu passi legali fil-ġranet li ġejjin fil-konfront tal-istejjer li nkitbu dwaru. Iddeskrivihom bħala “allegazzjonijiet serji u xokkanti”, u l-blogger Daphne Caruana Galizia ddeċidiet tigdeb fuqu f’numru ta’okkażjonijiet imma issa laħqet livell baxx ħafna… tattakka familjari ta’ politiċi , lilhom personalment u saħansitra tgħajjar bil-mard.
“Irridu nwaqqfu din il-vjolenza morali kontinwa fuq il Gvern u l-Partit Laburista” sostna Chris Cardona, u nnota li huwa evidenti li Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami, Salvu Mallia u Daphne Caruana Galizia qed jiġbdu l-istess ħabel, bl-unika arma li għandhom hija li jitfgħu l-ħmieġ bit-tama li jxekklu ħidmet il-Gvern.
Dan huwa evidenti aktar minn qatt qabel fid-diskors li għamel Simon Busuttil fil-Parlament, li kien eku ta’ kliem Caruana Galizia, u l-faċċata tan-Nazzjon dalgħodu, li titfa’ allegazzjonijiet mhux sostanzjati, ispirati purament minn kitbet l-istess blogger.
“Se nkomplu naħdmu minkejja l-attakki” temm jgħid il-Ministru Cardona.