Wara Brexit pajjiżna mistenni jibqa’ l-aktar pajjiż Ewropew li jagħti appoġġ lill-Brittaniċi. Sostna dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza laqgħa tal-MUESAC flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropew Helena Dalli dan qabel jattendu l-Kunsill Ewropew il-ġimgħa d-dieħla. L-aħħar Kunsill Ewropew sar nhar il-Ħadd li għadda fejn approva l-ftehim ta’ Brexit, fejn qal li issa dan mistenni jiġi diskuss fil-Parlament Ingliż.
Huwa serraħ ras ir-residenti Maltin fir-Renju Unit li mhux se jitilfu xejn hekk kif qed isiru t-tħejjijiet apposta biex jibqgħu jgawdu wħud mill-istess drittijiet u dan qed isir għal dawk il-Brittaniċi f’Malta.
Dwar il-fondi ta’ koeżjoni l-Prim Ministru qal li l-Kummissarju Ewropew qed jifhem il-kwistjonijiet u l-argumenti ta’ Malta li jista’ jkun jitnaqsulha l-fondi minħabba ekonomija li qed tikber b’rittmu mgħaġġel.