Irridu nkunu l-artiġjani tal-paċi. Dan il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-Urbi et Orbi tiegħu fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida. Fi Pjazza San Pietru mimlija, il-Papa qal li l-ħidma ta’ paċi għandha tibda mid-djar u l-familja tagħna. Xogħol li għandna nwettqu ta’ kuljum, tul is-sena kollha.
Fil-fatt, fakkar kif il-Papa Pawlu sitta kien iddikjara l-ewwel ta’ Jannar bħala jum il-paċi. Il-Papa tenna l-messaġġ tiegħu tal-Milied, ta’ fraternità, paċi u prosperità.
Fakkar li Alla huwa l-benedizzjoni tal-umanità, f’Ġesù jkun is-sors tal-grazzja, ħniena u paċi. U talab għall-interċessjoni ta’ Marija. Barra minn hekk, fakkar li l-politika mhijiex biss għodda ta’ min imexxi, imma aħna lkoll responabbli tal-ħajja u tal-ġid komuni, b’servizz għall-paċi. Politika li għandha tkun għodda biex tinġieb il-paċi.