F’messaġġ għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Għalliema, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo reġa’ ċċara l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kontroversja li tqajment minħabba allegazzjonijiet li se jitneħħew il-warrants tal-għalliema minħabba tibdil fil-liġi. Bartolo insista li ebda warrant, kemm dak li nkiseb taħt l-att attwali, u kemm dak li nkiseb taħt l-att rivist, mhu se jitneħħa, jew jiskadi.
“Aħna rridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu, u nagħmlu minn kollox biex insaħħu il-professjoni tal-għalliema”, temm jgħid il-Ministru.