Għandna nħarsu lejn in-non-vjolenza bħala t-triq ’il quddiem. Irridu ngħidu le għall-mibgħeda u l-vjolenza, u iva għall-ftaternità u r-rikonċiljazzjoni
Dan kien parti mill-messaġġ tal-Papa Franġisku llum waqt l-Urbi et Orbi minn Pjazza San Pietru f’Ruma.
Fl-awguri tiegħu għas-sena l-ġdida, l-Papa ħares lejn it-traġedja fit-Turkija, u flimkien mat-talb u l-appoġġ tiegħu, talab biex in-nies ta’ rieda tajba jxammru l-kmiem u jaħdmu kontra l-pjaga tat-terroriżmu.
Fir-riflessjoni tiegħu ħares lejn Marija, fejn innota li din ma kinitx imsejħa biss biex tkun omm Alla, imma parti attiva mill-missjoni tiegħu. Sejħa għall-Insara biex huma wkoll ikunu responsabbli fis-sejħa nisranija tagħhom.
B’ġest t’umiltà, fl-għeluq tal-awguri tiegħu għall-festi t-tajba, il-Papa talab biex in-nies ma tinsiex titlob għalih ukoll.