Il-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, kompla jiltaqa’ mad-delegati u l-attivisti tal-Partit Laburista. Emfasizza li d-delagati jridu jingħtaw iżjed saħħa fil-Parti. Magħhom kompla jitkellem dwar il-futur tal-Partit Laburista u l-viżjoni għall-partit. Huwa elenka l-impenn li jitkellem ma’ dawk il-Laburisti li forsi fl-aħħar snin tbegħdu mill-Partit Laburista u dawk li sofrew xi inġustizzja.