Irridu naddattaw l-esperjenza edukattiva skont il-bżonnijiet tal-istudent b’mod aktar dinjituż. Hekk sostna l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo waqt li kien qed jindirizza business breakfast li saret f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Dan il-business breakfast tratta dwar il-programm Il-vjaġġ tiegħi – nasal minn toroq differenti. Programm li mistenni li jidħol fs-seħħ mis-sena skolastika li ġejja, l-istudenti tas-sekondarja ser ikollhom l-opportunita’ li jitgħallmu suġġetti akkademiċi, vokazzjonali jew applikati skont ix-xeħtiet tagħhom.
Dan it-tagħlim ser jingħata flimkien mas-suġġetti ewlenin obbligatorji li ser jgħaqdu flimkien suġġetti akkademiċi, applikati u vokazzjonali relevanti u ta’ kwalita’ f’ambjent ta’ tagħlim personalizzat.
F’kummenti ma’ one.com.mt, il-Ministru Bartolo semma kif minkejja li qabel wieħed seta jikkonsidra ċertu xogħolijiet bħala sempliċi,dan illum m’huwiex il-każ. Huwa għalhekk li permezz ta’ dan il-programm, is-sistema edukattiva f’Malta ser taħseb sabiex kemm it-tfal u anke ż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn għal dik is-soċjeta li kull ma jmur qegħda dejjem tkun avvanzata fil-ħajja ta’ kuljum.
Sadanittant, is-Segretarju Permanenti S-Sur Frank Fabri semma kif b’din l-attivita’ tlaqqgħu l-imsieħhab kollha li tul il-vjaġġ ingħaqdu flimkien. Dawn jinkludu nies mill-industrija kif ukoll trade unjins u awtoritajiet edukattivi oħra- dan sabie xjippreparaw lill-istudenti jħejju ruħhom għad-dinja tax-xogħol