Li s-settur tal-gaming sejjer tajjeb jikkonfermawh numru ta’ riklami li qed ikunu fuq siti soċjali, sabiex ikunu ingaġġati n-nies. Dan hu settur li l-importanza tiegħu hija kbira minħabba l-fatt li jolqot direttament setturi oħra bħal dak tal-proprjetà u d-divertiment fost oħrajn.
Fil-jiem li għaddew irrapportajna li grupp ta’ nies għamlu petizzjoni fuq il-midja soċjali biex il-linja tal-ajru Norwegian Air tibda topera titjiriet diretti minn Malaga jew Gibraltar għal Malta. Din il-petizzjoni issa laħqet aktar minn elf firma.
Is-settur tal-gaming ħalla €700 miljun fl-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet, b’€55 miljun oħra jgħaddu f’taxxi lill-gvern. L-Awtorità Maltija għal-logħob mhijiex tistriħ fuq dak miksub u għaż-żmien li ġej qed tippjana bidliet importanti, fosthom fil-liġi li tirregola s-settur.
Dan ix-xahar beda bl-aħbar li l-kumpanija SBTech, li tipprovdi soluzzjonijiet għall-imħatri fuq l-isports, għażlet lil pajjiżna biex tikseb liċenzja Class 4. Il-liċenzja Maltija se tkompli żżid mal-portafoll ta’ permessi Ewropej, hekk kif il-kumpanija qed tkompli tespandi l-operat tagħha fil-kontinent Ewropew u lil hinn.