“Irridu nagħmluha iktar faċli biex wieħed jiftaħ business”
Dan huwa kliem is-Segretarja Permanenti għall-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar, Nancy Caruana waqt inizzjattiva mtella’ minn Malta Enterprise. Inizjattiva maħsuba biex tgħin u tippromwovi l-imprenditorjat f’Malta.
Caruana sostniet li hemm bżonn nħeġġu aktar individwi jitħajru jiftħu intrapriżi ġodda Maltin b’ideat oriġinal:
“Qed naraw li jkun hemm involviment sħiħ, li naħdmu magħhom il-ħin kollu biex naraw x’inhuma jagħmlu, kif nistgħu nappoġġjawhom f’dawk li huma sapport finanzjarju, inċentivi tal-Malta Enterprise li baġit wara ieħor dejjem iżid dawn l-inċentivi u ovvjament illi we handhold il-businesses tagħna biex nagħmluha iktar faċli li wieħed jiftaħ business”.
Caruana stqarret li l-gvern flimkien ma’ Malta Enterprise joffru numru ta’ skemi immirati lejn individwi biex ikunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom faċilment u mingħajr xkiel.
Malta Enterprise qed toffri tlett skemi: Business Start, Startup Advance u Startup Finance.
ONE News tkellem ma’ wħud li kellhom iċ-ċans li jibbenifikaw minn dawn it-tlett skemi.
Iltqajna ma’ Charles Saliba li bħalissa qed jaħdem fuq proġett fir-rigward tal-industrija tal-annimali:
“Matul iż-żmien ibbenifikajt ma’ Malta Enterprise. Naħdmu ħafna viċin xulxin, hawn grants li jgħinu intrapriżi żgħar fil-bidu biex jibdew facilities, għajnuna vis-a-vis management allura hemm diversi proġetti li naħdmu qrib ħafna ma’ Malta Enterprise li jistgħu jgħinu għal startups ġodda”.
David Vella, li għandu negozju tas-software fisser kif bis-saħħa tal-Malta Enterprise, in-negozju tiegħu seta’ jimpjega iktar nies:
“Mill-kważi bidu nett Malta Enterprise kienet tassisstina ħafna, bdejna b’erba’ impjegati u issa għandna aktar minn 90. Waħda mill-affarijiet, użajna l-investment aid tax credits li ħalluna l-profitti tagħna li nistgħu ninvestuhom biex ninpjegaw iktar nies. Għandna relazzjoni tajba ħafna mal-Malta Enterprise, fil-fatt nitkellmu mal-Malta Enterprise naħseb darba fix-xahar mill-anqas. Jiġifieri dak huwa waħda mill-affarijiet li Malta Enterprise qed jgħinuna fihom”.
Iltqajna wkoll ma’ Felix Choi, li qiegħed jaspira li jiftaħ pjattaforma ta’ gaming ibbażata fuq blockchain bl-għajnuna tal-Malta Enterprise:
“I’m developing Optimal Five, which is a gaming platform based on blockchain, and Malta is a blockchain island right now, so in Malta I heard the gaming industry is very big so I’m here for my business Optimal Five because it’s combined with gaming and blockchain, so that’s why I’m here”.