Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Grazio Merċieca rrevoka mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront ta’ Jeoffrey Mallia li fis-sajf li għadda naqas milli jipprovdi titjira diretta lejn id-Danimarka lil bosta nurseries tal-futbol.
Il-każ ħareġ fil-beraġ f’Lulju li għadda wara li t-tfal min-nurseries tal-Pietà, tal-Ħamrun u ta’ Birkirkara tħallew l-art f’Malta u fid-Danimarka. Dan bil-konsegwenza li l-Air Malta kellha topera titjira ta’ emerġenza biex iġġib lill-kontinġenti Malti mid-Danimarka.
Fl-istess xahar, il-qorti laqgħet talba mit-tliet nurseries għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inbizzjoni kontra Mallia. Dan wara li sostnew li ġarrbu mal-€160,000 f’danni. Min-naħa tiegħu, Mallia talab lill-Qorti tirrevoka d-deċiżjoni.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti laqgħet l-argument ta’ Mallia għax innotat li l-persuni li fetħu r-rikors f’isem it-tfal u l-ġenituri tagħhom ma setgħux jagħmlu dan skont il-liġi għax ma kinux ir-rappreżentanti ġuridiċi tagħhom. Apparti dan in-nurseries tal-Pietà u tal-amrun lanqas kienu rreġistrati skont l-Att dwar l-isports.