Tul dawn l-aħħar xhur, l-istatwa ta’ San Ġużepp Ħaddiem kienet irrestawrata sabiex terġa tinġieb l-istess bħal meta kienet maħduma fil-1972 maħduma mid-ditta Vincenzo Moroder f’Bolzano, li saret fuq disinn tal-Kavallier Emvin Cremona.
Dan filwaqt li l-anġli tal-pedestal inħadmu għaxar snin wara mid-ditta Raimondo Santifaller, f’Bolzano stess.
Ir-restawratur Pierre Bugeja spjega kif din l-istatwa ttieħdet fil-laboratoju f’Awwissu, fejn l-ewwel pass kien li jsir trattament ta’ disinfestazzjoni sabiex tkun proteta mill-elementi bħas-susa’, minħabba li hija tal-injam.
Fuq din l-istatwa għall-ewwel darba saret analiżi xjentifika peress li din l-istatwa hija waħda moderna.
Permezz tal-istudju ġie stabillit kif għandu jkun l-metodu tar-restawr u b’liema kimika għandu jsir it-tindif fuq l-istatwa.
Il-fatt li kien hemm differenti kien li l-istatwa ta’ San Ġużepp u l-Bambin ikkumparata mal-anġli għax kif nafu li hemm differenza ta’ għaxar snin u ma sarux mill-istess ditta. L-istatwa ta’ San Ġużepp u l-anġli rriżultat anke fit-tindif, San Ġużepp kellu l-protezzjoni jiġifieri ħareġ biż-żebgħa fejn kienet protetta mil-fabbrika, filwaqt li l-anġli le u din kienet waħda mid-diffikulta fit-tindif.
Barra min hekk, ir-restawr involva f’konsolidament tal-istatwa, speċjalment l-idejn u s-saqajn u anke tneħħiet it-tbajja tal-moffa.
Sabiex dan ir-restawr ikun imfakkar mill-poplu Karkariż, is-Sibt l-istatwa ttieħdet fis-Santwarju ta’ Santa Tereza f’Birkirkara, filwaqt li l-Ħadd se tkun qiegħda ddur it-toroq ta’ dan ir-raħal. Imbagħad fl-ewwel ta’ Mejju ssir il-festa li ssir normament, iżda din id-darba bi statwa rrestawrata.