L-istatwa ta’ Marija Bambina ġiet mikxufa f’ċerimonja brijjuża fil-Bażilika tal-Isla, wara proċess ta’ restawr intensiv li din għaddiet minnu.
Il-proċess kien wieħed delikat minħabba l-fatt li l-istatwa għandha iktar minn erba’ mitt sena.
Il-maġġoranza tal-istatwi li nsibu fil-Knejjes tagħna nħadmu f’pajjiżna, minn artisti Maltin, u bi flus il-Maltin.
Mhux l-istess jista’ jingħad għall-istatwa ta’ Marija Bambina fl-Isla, li waslet l-Isla madwar erba’ mitt sena ilu mill-ibħra Kroati. L-istess statwa fl-aħħar xhur għaddiet minn proċess ta’ restawr, liema proċess leħaq il-qofol tiegħu nhar is-Sibt li għadda, f’ċerimonja li għaliha attendew mijiet fil-bażilika tal-Isla.
Tkellimna mal-moħħ wara l-proġett, ir-Restawratriċi Valentina Lupo, li rrakontatilna l-istorja partikulari ta’ Marija Bambina.
Il-proċess ta’ restawr involva ħafna xogħol u dedikazzjoni, b’tim ta’ nies kontinwament jaħdmu fuq il-proġett. Lupo tatna spjega ta’ kif sar ix-xogħol.
Wara l-quddiesa li saret apposta, l-Arċipriet tal-lokal, f’diskors imqanqal, u bid-dmugħ f’għajnejh, appella lill-parruċċjani kollha biex jibżgħu għall-istatwa tant għal qalbhom, anke wara li jitlaq hu.