Id-deputat Nazzjonalista,Claudio Grech, qed jibqa’ jinsisti li ma jiftakarx li ltaqa’ ma’ George Farrugia, anke jekk fil-Qorti Farrugia xehed li ltaqa’ miegħu iktar minn darba. Iktar minn hekk il-maltatoday kienet żvelat ukoll imejl li jgiddeb lil Claudio Grech. Peró fi stqarrija tard ilbieraħ Grech qal “Jiena diġà għedt li ma niftakarx li ltqajt mas-Sur George Farrugia.
Dan għedtu taħt ġurament quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi u nerġa’ ngħidu llum.” Iżda, imbagħad kellu iktar xi jgħid. “Seħħietx laqgħa irrelevanti jew le, li nibqa’ ngħid li ma niftakarx li seħħet, ma jbiddel xejn mis-sustanza dwar dan il-każ,” qal Claudio Grech. Saħansitra qal li kieku seħħet laqgħa li kienet totalment irrelevanti. “Unur kienet tagħmilli,” qal Grech.