Rene Zammit ta’ 47 sena minn Ħal-Balzan ġiet immultat €15,000 u tilef il-liċenzja bħala operatur tat-trasport, wara li nstab ħati li qabbad xufier ieħor ta’ 66 sena jsuq tfal tal-iskola meta x-xufier kien fuq ir-reġistru għall-protezzjoni minuri.
L-anzjan, John Vella minn Birkirkara, ġie mmultat €3,000 iżda ma ntbgħatx il-ħabs minħabba li l-qorti kkunsidrat l-età tiegħu. Zammit kien mixli li ħaddem lil Vella mal-kumpanija tiegħu u qabbdu jipprovdi servizz ta’ trasport li jinvolvi t-tfal.
Vella kien akkużat li kiser il-liġi, peress li kien fuq ir-reġistru tal-protezzjoni tal-minuri. Il-każ imur lura għal Mejju li għadda wara li Vella nqabad iġorr tfal tal-iskola f’vettura li qas biss kienet liċenzjata mill-Awtorità.