Illum f’pajjiżna ġew irreġistrati sitt każijiet ta’ COVID-19 minn fost elfejn, mitejn u ħamsin test li saru, biex bħalissa f’Malta hawn erbgħin każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru disa’ mija u tlieta u tmenin elf, mitejn u ħamsa u ħamsin (983,255) test.
Ingħataw ukoll sitt mija u disgħa u ħamsin elf, erba’ mija u tmienja u tmenin doża tal-vaċċin. Minnhom, tliet mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u sebgħin kienu l-ewwel doża u tliet mija u ħmistax-il elf, seba’ mija u tmienja u sittin persuna issa huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.