F’Malta ġew irreġistrati każijiet tal-varjant tal-Covid-19 li kien hemm fir-Renju Unit.
Fuq twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-persuni involuti ġew iżolati u n-nies li kellhom kuntatt magħhom jinsabu kwarantina.
Appella biex kulħadd jibqa’ viġilanti.
L-ewwel studji li saru jirriżulta wkoll li l-vaċċin li qed jingħata għal kontra l-Covid-19 jilqa’ wkoll għal kontra l-varjant tal-Coronavirus.
Dan kien sostnieh ukoll il-Ministru għas-Saħħa l-ġimgħa l-oħra meta ġie approvat il-vaċċin għall-Covid-19, mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Saħaq li studji inizjali juru l-vaċċin jaħdem anki kontra l-varjant tal-Covid-19.