Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, bejn Lulju u Settembru, il-produzzjoni industrijali żdiedet bi 3.4% fuq it-tliet xhur taʼ qabel u bʼ7.5% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel.
Iż-żidiet kienu rreġistrati fil-gruppi industrijali ewlenin kollha, bl-ogħla żieda rreġistrata fl-oġġetti kapitali (14.7%), segwita b’dik fl-oġġetti intermedji (5.4%), fl-enerġija (1.3%) u fl-oġġetti tal-konsum (0.8%).
Fl-oqsma industrijali, l-għadd taʼ impjiegi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ0.5%. Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bʼ7.5%.
Sena għal sena, kienet irreġistrata żieda taʼ 2.4% fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat għall-effetti tal-istaġun.
In-numru taʼ siegħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross, aġġustati bil-jiem tax-xogħol, żdiedu bʼ0.6% u bi 8.9%, rispettivament.