Sa issa l-2024 diġà kisret numru ta’ rekords fis-settur tal-proprjetà, inkluż fix-xahar li għadda.
Stqarrija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, qalet li l-istatistika dwar konvenji kompliet turi biċ-ċar it-tkabbir ekonomiku li jġib miegħu dan is-settur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt f’Ottubru ġiet irreġistrata żieda ta’ għoxrin fil-mija fil-valur ta’ proprjetajiet fuq konvenju jew aktar minn €52 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu sena ilu, għal total ta’ iżjed minn €415-il miljun.
L-MDA qalet li dan ifisser li din hi l-ogħla ċifra li qatt ġiet irreġistrata għax-xahar t’Ottubru fl-istorja, waqt li tenniet l-importanza tas-settur fl-ekonomija bħala wieħed mill-pilastri ewlenin f’pajjiżna.