Bosta nqatlu wara li seħħet splużjoni barra l-ajruport ta’ Kabul.
L-isplużjoni, li jidher li seħħet minn żewġ persuni permezz ta’ bomba suwiċida, saret fid-daħla li fiha hemm it-truppi Ingliżi.
Fost il-mejta hemm numru ta’ ċittadini Amerikani u dawk ċivili, ħaġa li anke kkonfermaha kelliem għall-Pentagon.
It-Talibani ukoll ħarġu jikkonfermaw li seħħet splużjoni.
Il-Gvern Ingliż appella qal li l-ebda ċittadin Ingliż ma tilef ħajtu f’dan l-attakk.
Ftit wara, Franza appellat lil kulħadd biex iżomm ‘il bogħod miż-żoni tal-ajruport, bil-President Franċiż Emanuel Marcron jgħid li s-sitwazzjoni fl-Afganistan marret għall-agħar.
Il-Prim Ministru Ingliż imbagħad sejjaħ laqgħa b’urġenza dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Fiż-żona tal-ajruport internazzjonali ta’ Hamid Karzai bħalissa hemm eluf ta’ Afgani li qed jistennew biex jiġu evakwati.
Bosta ritratti wrew ukoll xi nies midruba mimlijin bid-demm li kienu qed jinġarru lejn l-ambulanzi jew l-eqreb sptarijiet.
Aktar qabel, matul il-jum, numru ta’ pajjiżi kienu qed jgħidu kif hemm theddida serja ta’ attakk terroristiku fl-ajruport ta’ Kabul u avżaw lin-nies biex ma jibqgħux fejn l-ajruport.