Il-lanċa Sea Story li salpat ilbieraħ minn Marsa Alam u kellha tasal fil-marina ta’ Hurghada nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru, ġiet irrappurtata li għerqet fil-Baħar l-Aħmar ftit ’l bogħod mil-lokalità li telqet minnha. L-iskop tal-ġita kien wieħed ta’ bugħaddasa turistiċi.

Kien kmieni dalgħodu li l-Gvernatur tal-Baħar l-Aħmar irċieva rapport dwar l-għajbien tal-lanċa turistika fejn mill-ewwel bdiet tiġi koordinata operazzjoni ta’ salvataġġ.
Jidher li 31 turist ta’ nazzjonalità diversa, flimkien ma’ erbatax-il membru tal-ekwipaġġ jinsabu mitlufa.
Il-lanċa li fiha 18-il kabina kienet tesa’ 36 passiġġier. Il-midja lokali rrappurtaw li diġa kienu nstabu xi persuni iżda għadhom ma ħarġux dettalji.