Minn tal-inqas disa’ persuni mietu waqt bumbardament li seħħ matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd minn forzi Armeni fil-belt ta’ Ganja fl-Ażerbajġan. Dan l-attakk seħħ ftit sigħat wara li daħal fis-seħħ il-waqfien temporanju mill-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan. Skont xhieda u l-midja Armena, l-attakki saru tard is-Sibt filgħaxija.
Wara 15-il ġurnata ta’ ġlied kontinwu u aktar minn 300 fatalità, nhar il-Ġimgħa li għadda f’Moska ż-żewġ pajjiżi qablu li jieqfu mill-ġlied biex inkun jista’ jsir skambju bejn il-priġuniera tal-gwerra, filwaqt li jirkupraw ukoll l-iġsma tal-vittmi kawża tal-ġlied.