Minn tal-inqas 500 annimal f’temp ta’ erba’ snin mietu fiż-zoo li lura fl-2013 kienet inqatlet impjegata minn tigra.
South Lakes Safari Zoo f’Cumbria fl-Ingilterra fetaħ fl-1994 li s’issa għandu 1,500 annimali, fosthom tigri, ġiraffi u għasafar rari.
Il-Kunsill ta’ Barrow għadu qed jikkunsidra jekk għandux jagħti l-liċenzja biex is-sit ikun jista’ jkompli jopera bħala zoo.
L-istess zoo ġie mħarrek is-somma ta’ £297,500 wara li kiser ir-regoli tas-sigurta u saħħa meta nqatlet impjegata, Sarah McClay ta’ 24 sena, f’inċident sfortunat bejnha u bejn tigra fl-2013.
Inspezzjoni li saret riċenti sabet li ħafna mill-annimali mhumiex f’saħħa tajba, m’għandhomx spazju biżżejjed u li bosta qed jiġu mgħammra bl-addoċċ.
Rapport li tħejja mill-awtorità tal-lokal juri li bejn Diċembru tal-2013 sa Settembru li għadda mietu 486 annimal.
Filwaqt li min kien qed imexxi z-zoo niżel mill-pożizzjoni tiegħu u ta l-post f’idejn xi ħadd ieħor, il-kunsill xorta waħda qed jaħseb biex jagħlaq lis-sit b’mod permanenti.
Id-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni biex jiġġedded il-permess ta’ zoo se tkun qed tittieħed fis-6 ta’ Marzu.