Raġel ta’ 50 sena residenti Tas-Sliema, qiegħed jassisti lill-Pulizija b’rabta ma’ rapport ta’ sparatura f’Tas-Sliema.
Għal xi nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li x’aktarx seħħet sparatura minn appartament
fi Triq il-Kbira. Immedjatament fuq il-post marru numru ta’ Pulizija fejn xi persuni indikawlhom minn fejn x’aktarx seħħet sparatura, hekk kif kien hemm binja li kellha xi ħsara.
Mill-ewwel ġie identifikat l-appartament minn fejn x’aktarx saret l-isparatura u hemmhekk il-Pulizija sabet lir-raġel.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel, għal xi s-sagħtejn ta’ filgħodu, kien fl-appartament meta għal xi raġuni l-pistola sparat b’mod aċċidentali.
Fortunatament ħadd ma’ weġġa’.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien li ordnat inkjesta u ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.