L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) irrapportat każ ta’ kelb ieħor, li safa vittma ta’ tiri ta’ arma tan-nar.
F’post fuq Facebook, l-assoċjazzjoni qasmet filmat tal-kelb, bl-isem ta’ Snoops, mimdud fuq saqqu, jitriegħed f’agunija.
Iċ-Ċentru ta’ Salvataġġ tal-Annimali bħalissa qiegħed jieħu ħsieb lil Snoops, fejn minn X-Ray li sarlu, instabu numru ta’ ċomb mifrux ma’ ġismu kollu.
Jirriżulta li, fortunatament, saħħet il-kelb qed tmur għall-aħjar, tant li jinsab fil-proċess li jirkupra fis-santwarju tagħhom.
Nifhmu li qed issir investigazzjoni dwar dan il-każ, li wkoll isegwi inċident simili l-ġimgħa l-oħra.
F’dak il-każ, instab li kelb, bl-isem ta’ Bobby, ukoll intlaqat minn ċomb, li aktarx ġie sparat minn senter.