L-attur Kevin Sorbo, magħruf għall-interpretazzjoni ta’ Hercules, kien irrabjat meta kien mgħarraf li d-drama biblika li se jieħu sehem fiha se tinġibed fil-Kanada u mhux f’Malta.
L-attur, li jinterpreta l-parti ta’ missier Ġesù Kristu f’din id-drama, xtaq ħafna li jsir filming fil-gżejjer Maltin iżda sar mgħarraf fl-aħħar mumenti li mhux se jtiru lejn il-Mediterran iżda lejn North Bay Ontario, il-Kanada.
Huwa qal li fil-passat kien ġibed filmati f’pajjiżna, u faħħar il-baħar u l-istorja bibblika ta’ pajjiżna. Qal bejnu u bejn ruħu, ‘Kif North Bay se tidher qisha Ġerusalemm?” Iżda fl-aħħar mill-aħħar kien sodisfatt ukoll b’dak li nġibed il-Kanada għall-film “Let There Be Light in Alabama”, liema film se jibda jintwera f’Diċembru tas-sena d-dieħla.