Beda Ottubru u dlonk bl-irqajja roża fl-irħula Maltin.
Din hija parti minn inizzjattiva waqt il-kampanja ta’ Pink October, bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar il-kanċer fis-sider.
Filfatt b’rabta ma’ din il-kampanja numru ta’ Kunsilli Lokali madwar Malta nxtegħlu bid-dawl roża, bil-messaġġ Shade it Pink jidwi fl-isfond ta’ din il-kampanja ta’ ġid.
Waħda mill-ewwel lokalitajiet li l-Kunsill tagħha xegħel bid-dawl roża kienet dik ta’ Wied il-Għajn.
Preżenti kien hemm mart il-Prim Ministru u Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat.
Is-Sinjura Muscat, fost minn ta’ quddiem fil-kampanja Pink October sostniet li l-inizzjattiva Shade It Pink hija waħda simbolika fost il-komunitajiet.
Hija rringrazzjat lill-Kunsilli Lokali u offriet plakka li tiddendel ma’ siġra li għandha tfakkar din l-inizzjattiva.
Michelle Muscat temmet tgħid li permezz tal-kampanja nistgħu nwasslu messaġġ biex aktar nies jagħmlu t-testijiet meħtieġa ħalli jissalvagwardjaw saħħithom.