Il-Ħadd kien hemm żbroff ieħor mill-vulkan La Sufi-year fil-gżira ta’ San Vinċenz fil-Karibew, li wassal għal qtugħ fil-provvisti tad-dawl u l-ilma. Dan huwa tieni żbroff fi żmien jumejn. Ix-xjentisti wissew li l-iżbroff mill-vulkan jista’ jibqa’ sejjer għall-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin.
Il-gżira nksiet b’saff t’irmied wara l-iżbroff ta’ nhar il-Ġimgħa, li għatta numru ta’ binjiet u toroq. Madwar 16,000 persuna ġew evakwati minn djarhom u mat-3,000 persuna qattgħu l-lejl bejn il-Ġimgħa s-Sibt f’xelters ta’ emerġenza. Il-Prim Ministru Ralph Gonsalves appella għall-kalma.