Irlandiż ta’ 37 sena, ġie arrestat b’rabta mal-qtil ta’ infermiera Amerikana fl-Ungerija.
Mackenzie Michalski, ta’ 31 sena minn Portland, Oregon, fl-Istati Uniti, ġiet irrappurtata nieqsa wara lejl fil-kapitali tal-Ungerija, Budapest, nhar it-Tlieta.
L-uffiċjali tal-Pulizija inkarigati minn dan il-każ, qalu li s-suspettat ġie identifikat permezz ta’ filmati tas-CCTV u aktar tard ammetta li qatel lill-vittma, iżda sostna li l-mewt tagħha kienet inċidentali.
Fi stqarrija maħruġa s-Sibt mill-Pulizija tal-lokal, intqal li r-raġel ipprova jaħbi l-mewt tal-infermiera billi kera karozza, poġġa l-katavru tagħha f’bagalja u ħbieh f’żona mbiegħda qrib villaġġ fil-punent tal-pajjiż.