Skont l-exit polls, il-partit Sinn Fein fl-Irlanda, jidher li ġab l-ammont ammont ta’ voti fl-elezzjoni ġenerali li saret il-Ġimgħa.
Iż-żewġ partiti tal-ċentru-lemini, Fine Gael tal-Prim Ministru Simon Harris u Fianna Fail ġew fit-tieni u t-tielet post, rispettivament.
B’dawn iż-żewġ partiti tal-aħħar kienu f’koalizzjoni u b’hekk iċ-ċans huwa li jerġgħu jagħmlu l-istess u jkunu huma li jifformaw Gvern fl-Irlanda.
It-taqtiegħa f’din l-elezzjoni kienet waħda taħraq hekk kif il-partit Sinn Fein ġab 21.1% tal-voti, il-partit Fine Gail ġab 21%, waqt li l-partit Fianna Fail ġab 19.5%.
Gail McElroy, Professur tax-Xjenza Politika qal li l-partiti Fine Gael u Fianna Fail, it-tnejn li huma kienu fil-gvern fl-aħħar leġiżlatura u għandhom ċans jilħqu l-maġġoranza bis-saħħa ta’ partit żgħir ieħor.