Il-Gvern Irlandiż waqqaf kummissjoni sabiex tinvestiga l-allegat abbuż sesswali fl-iskejjel tal-Knisja.
Dan wara li inkjesta, li bdiet sentejn ilu, sabet li hemm 884 persuna li allegatament abbużaw f’308 skejjel f’partijiet differenti tal-pajjiż. B’dawn allegatament ġraw bejn l-1927 u l-2013, b’aktar minn nofs dawn l-akkużati, illum il-ġurnata huma mejta.
F’din l-inkjesta kien hemm is-smigħ ta’ dawk li allegatament ġew abbużati, b’ħafna minnhom huma rġiel li għandhom bejn il-50 u s-60 sena.