Ġie rtirat l-avviż dwar iż-żona tal-għawm fil-Bajja ta’ Qui Si Sana hekk kif hija tajba għall-għawm.
Dan wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem wara rapporti ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fiż-żona.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.