Il-fatt li pajjiżna qed jagħmel suċċessi kbar fl-industrija tal-iGaming, qanqlet grupp ta’ nies biex jagħmlu petizzjoni fuq il-midja soċjali biex il-linja tal-ajru Norwegian Air tibda topera titjiriet diretti minn Malaga jew Gibraltar għal Malta.
Is-sitwazzjoni bħalissa ma tantx hija waħdi faċli, hekk kif għadd ta’ professjonisti speċjaliżżati fuq dan is-settur jitilfu mijiet ta’ siegħat jivvjaġġaw bejn Malta u n-naħa t’isfel ta’ Spanja. Ġeneralment, vjaġġ lejn Malta jew bil-kontra ġġiegħel lil ħafna jmorru ajruporti li jkunu eluf ta’ kilometri l-bogħod ‘il fuq minn Malta.
Apparti l-prezzijiet għoljin li dawn il-vjaġġi jinvolvu. Dawk li ħolqu din il-petizzjoni li s’issa diġa qabżet is-seba mitt persuna, jemmnu li jekk Norwegian Air jew operaturi oħrajn jagħmlu din it-titjira, se tkun qed tissolva domanda kbira. Tkun stabbilita rotta waħda għal destinazzjonijiet importanti fl-industrija tal-Igaming.