Attivisti favur l-ambjent ingħaqdu biex ikun hemm waqfien temporanju ta’ bini għoli sakemm ikun hemm pjan ħolistiku dwar l-impatt ta’ dan it-tip ta’ bini. Fosthom anke żidiet eċċessivi ta’ karozzi.
Qed jappellaw biex il-Gvern u l-Awtorita’ tal-ippjanar jagħmlu studju estensiv dwar l-impatt ta’ ċertu proġetti. Ma jeskludux il-possibilta’ ta’ bini ogħli iżda jitolbu li qabel jinbena jkun imfassal pjan ħolistiku.
Huma saħqu li punt kritiku huwa li bini għoli għandu jkun akkkumpanjat minn infrastruttura u trasport ideali.
Id-dewmien ta’ kostruzzjoni ukoll għandu jigi kkunsidrat meta jkollok żona kkonċentrata taħt skrutinju. Iridu Malta Maltija u mhux li tirrepplika pajjiżi oħra.