Il-Moviment Patrijotti Maltin qed isostni li “hija tal-mistħija” li “l-Gvern Malti qed jaċċetta l-fondi mill-EU (92 miljun ewro) sabiex jiġu aġevolati immigranti illegali u/jew irregolari sabiex suppost ikunu integrati fis-soċjetà Maltija”.
Għalkemm dawn huma flus li jappartjenu għal fond Ewropew partikolari u ma jistgħux jintużaw mod ieħor, il-moviment isostni li għandhom imorru biex ikunu Maltin u Għawdxin li huma fil-faqar.
Il-moviment aċċenna għal dak li jemmen li hija “invażjoni ta’ barranin” u propona tliet passi:
- It-twaqqif b’mod immedjat tat-trattat ta’ Schengen
- Jerġa’ jiġi attwat b’mod immedjat it-trattat ta’ Borg Olivier tal-1970
- Isir referendum dwar l-integrazzjoni
- Isir ċensiment tar-residenti attwali f’Malta u Għawdex