Is-soluzzjoni li qed jipproponu tal-partit ADPD għall-isfida tat-traffiku hi dik li jogħlew il-prezzijiet tal-petrol u d-diżil.
Tal-ADPD, magħrufa aħjar bħala l-Alternattiva Demokratika, qed jipproponu soluzzjoni ewlenija għall-isfida ta’ traffiku: dik li jgħollu l-prezzijiet tal-petrol u d-diżil.
Qal dan iċ-Chairperson tal-ADPD, Carmel Caccopardo, li ddikjara li ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Gvern li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin.
Carmel Cacopardo qal li l-prezz ogħla minn barra minn Malta tal-fjuwil huwa mibgħut mill-providenza biex isolvilna l-problemi tat-traffiku. Huwa sostna li, jekk il-Gvern ineħħi s-sussidju minn fuq il-prezzijiet tal-petrolu d-diżil, it-traffiku jonqos immedjatament.
“We have a godsend new issue now. The high price of fuel, that is a godsend solution to our traffic problem. Remove the subsidies on petrol and diesel, and traffic would decrease immediately.”
Carmel Caccopardo din irrepetiha għal darba, darbtejn.
“The issue of the price of fuel is a godsend solution which turns a problem, into an opportunity, and we should use it.”
Din hi waħda mill-proposti ewlenin u l-iktar konkreti li saru dan l-aħħar dwar it-traffiku.
Qabel l-ADPD, Il-Partit Nazzjonalista kien diġà qal, fid-dokument tiegħu ta’qabel il-Budget, li f’Malta lħaqna l-massimu tal-karozzi li jista’ jkollna. Fil-fatt, id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal mat-Times of Malta li għandu jkun hemm limitu kemm familja jista’ jkollha vetturi.
Intant, il-Gvern qal f’diversi okkażjonijiet li, filwaqt li jrid iħalli l-libertà taċ-ċittadini u jibqa’ jwiżinhom, jemmen li hemm numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jitħaddmu flimkien dwar it-traffiku. Dawn ivarjaw mill-proġetti infrastrutturali għal trasport pubbliku b’xejn u l-ħtieġa ta’ mmaniġġjar aħjar mill-entitajiet involuti, fost l-oħrajn.