Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ esprima x-xewqa li l-Culture Pass, li se tkun qed tieħu post il-Culture Card, tibda tapplika wkoll għal żgħażagħ li għandhom aktar minn sittax-il sena.
Fi stqarrija qalu li għandha tkun estiża għaż-żgħażagħ kollha sabiex dawn ikunu imħajra jattendu u jipparteċipaw f’attivatijiet kulturali u artistiċi.
Qalu li fl-isfond tal-istrateġija 2020 u għall-fatt li l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, tajjeb li inizjattivi bħal dawn jingħataw importanza u jinfirxu, biex iktar żgħażagħ jersqu lejn l-arti minn eta’ bikrija.
Il-KNŻ qed jalloka €2,000 għall-KNŻ Cultural Fund mill-baġit annwali tiegħu sabiex iħeġġeġ iktar investiment f’dan is-settur. Dan il-fond se jservi biex iħajjar iktar żgħażagħ jattendu u jipparteċipaw f’attivitajiet kulturali.