Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-qabel il-baġit jipproponi l-użu tal-flus minn skemi u inizjattivi li fl-aħħar xhur l-istess Partit Nazzjonalista tkellem bil-goff kontra tagħhom.
Tnejn li jispikkaw huma ċ-ċittadinanza b’investiment u l-kontribuzzjoni ambjentali mis-settur turistiku.
Dwar iċ-ċittadinanza b’investiment, il-Partit Nazzjonalista għamel kampanji ma jaqtgħu xejn.
Pero’ f’punt 52 tad-dokument, il-Partit Nazzjonalista jgħid li jridu jassiguraw li “l-fondi miġbura mit-taxxa fuq it-turiżmu u l-programm ta- ċittadinanza b’investiment jintefqu biex jindirizzaw prijoritajiet nazzjonali.”
Jingħad li l-gvern għandu jippubblika lista ta’ prijoritajiet li għandhom ikunu indirizzati u jagħżel proġetti wara konsultazzjoni wiesgħa li tinvolvi lill-imsieħba.
B’hekk kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista jrid iżomm il-programmi li tant kritika biex jiffinanzjawhom.
Dan anke jekk Simon Busuttil iddeskriva l-bejgħ ta’ ċittadinanza b’investiment bħala prostituzzjoni tal-pajjiż u ma tilifx okkażjoni waħda biex juża kontra Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej.
Fid-dokument il-Partit Nazzjonalista jsemmi għadd ta’ proposti li diġa’ qegħdin isiru jew tħabbru mill-gvern, bħaż-żieda fil-pensjonijiet. Imbagħad hemm proposti li qed jinsisti dwarhom hu partikolarment it-tkeċċija ta’ ħaddiema tal-gvern u l-privatizazzjoni ta’ setturi li ma qalx liema huma.