Il-Partit Nazzjonalista tant jemmen fid-dritt tal-espressjoni, li llum ressqu mozzjoni skont huma favur il-libertà tal-espressjoni u fiha ma nkludewx it-tneħħija tal-libell kriminali.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li se jkun hu fil-Gvern li jiddikriminalizza l-libell fuq il-ġurnalisti f’liġi li se titressaq quddiem il-Parlament u kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Partit Laburista.
Il-fatt li fil-mozzjoni tagħha l-Oppożizzjoni ma tressaqx it-tneħħija tal-libell kriminali, kif wiegħed 24 siegħa qabel il-Kap tal-Oppożizzjoni, turi li l-mossa li qed tagħmel biex jitneħħa s-sekwestru mhijiex mossa li ġejja minn konvinzjoni, imma biss knee-jerk reaction biex jaqbżu għal persuna li xxerred il-mibgħeda fost il-Maltin u l-Għawdxin.