Kingsley Wilcox ta’ 35 sena minn Niġerja u residenti l-Iklin – imressaq il-Qorti wara sejba ta’ kokaina fl-2012, iddeċieda li ma jqabbadx avukat biex jiddifendih.
Huwa kien arrestat f’investigazzjoni dwar Niġerjan ieħor li kien twaqqaf mal-wasla tiegħu pajjiżna minn Spanja, lura fl-elfejn u tnax. Għalkemm ma nstablux droga fuqu, kollox wassal għal raġel spanjol f’hotel f’Paceville.
Hemm il-pulizija sabet b’iktar minn kilò kokaina stmata bil-valur ta’ ’l fuq minn sitta u tmenin elf ewro
Il-prosekuzzjoni innutat li Wilcox ried jiltaqa’ mal-Ispanjol Jose Manuel Domingo Benito biex jixtri din id-droga, bil-għan li mbad tinbiegħ.