Olandiż ta’ 69 sena beda’ l-proċeduri legali biex jibdel id-data tat-twelid tiegħu biex ikun ikollu aktar ċans isib l-imħabba ta’ ħajtu.
Emile Ratelband qed jiġġieled fi-Qorti f’Amsterdam biex id-data tat-twelid tiegħu mill-11 ta’ Marzu 1949, għall-11 ta’ Marzu 1969, biex jiġi 20 sena iżgħar.
“Ngħixu fiż-żmien fejn tista’ tibdel il-ġeneru u ismek, għalfejn ma nistax inbiddel l-età tiegħi?”, kien l-argument tar-raġel. Ratelband argumenta wkoll li l-età tiegħu qed tillimitah, tant li mhux qed ikollu suċċess fuq Tinder.
Jidher li l-Qorti Olandiża se tiddeċiedi dan fi żmien erba’ ġimgħat.