Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ma jitlifx okkażjoni waħda biex jiġbor il-flus anke jekk dan l-aħħar qal li daħħal tliet miljun ewro mill-iskema ċedoli.
Din id-darba se jkun it-tanker tal-gass li jagħtih l-okkażjoni jiġbor il-flus għax l-attività tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħadd li ġej hija żjara Marsaxlokk u ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali.
Dan għax skont Simon Busuttil it-tanker huwa monument tal-koruzzjoni, anke jekk se jaqta’ l-użu taż-żejt li proprju kien is-sors tal-ikbar skandlu ta’ koruzzjoni f’pajjiżna. Skandlu li seħħ fi żmien gvern nazzjonalista.