Demokratiċi Amerikani qed joġġezjonaw id-deċiżjoni tal-President elett Donald Trump biex ibnu tar-rispett isir wieħed mill-ogħla konsulenti. Huma ħafna dawk li qed jesprimu tħassib dwar nepotiżmu u kunflitt ta’ interess.
Hemm min saħansitra qed jitlob lid-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-uffiċċju tal-Gvern inkarigat mill-etika li jiflu “kwistjonijiet legali” marbuta mal-ħatra ta’ Jared Kushner, 35. L-avukat tiegħu, minn naħa l-oħra, qed jgħid li l-kariga ma tiksirx liġijiet.
Kushner huwa miżżewweġ lil bint Sur Trump Ivanka u qal li bi ħsiebu se jirriżenja minn kap tal-proprjetà tan-negozju tal-familja.