Is-sena li għaddiet kienu rrapportati numru rekord ta’ każi ta’ stupru lill-Korp tal-Pulizija. Bi 23 każ irrapportat, dan hu l-ogħla numru kemm ilha tinġabar l-istatistika, b’rapport fit-Times of Malta jgħid ukoll li dan huwa d-doppju ta’ dak irreġistrat fl-2014.
Sal-2008 l-istupru ma kienx jitqiegħed bħala reat għalih, iżda m’oħrajn marbuta mal-abbuż sesswali. L-ikbar numru ta’ każi ta’ stuprju s-sena li għaddiet seħħew San Ġiljan u San Pawl il-Baħar.
Il-psikologu Forensiku Kevin Sammut Henwood kien ikkwotat jgħid li fost ir-raġunijiet għal dan jista’ jkun hemm iż-żieda fl-għarfien ta x’jagħmel stupru u proċess investigattiv iktar tajjeb.
B’Roberta Lepre, minn Victim Support Group ukoll rrikonixxiet it-titjib għalkemm qalet li għad baqa’ ħafna xi jsir għall-vittmi tal-istupru.